Mandriva Linux
Struzzjonijiet ta' l-installazzjoni - Mandriva Linux 2006
Konfigurazzjoni meħtieġa
* Proċessatur Pentium jew kompatibbli
* Drajv CDROM
* Ta' l-inqas 32 MB RAM, 64 MB rakkomandat
L-installazzjoni ta' Mandriva Linux, ġeneralment tikkonsisti f'li
sempliċiment iddaħħal is-CD tal-installazzjoni fid-drajv CDROM,
u tirristartja l-kompjuter. Jekk jogħġbok irreferi għal punt 1.
NOTA:
* Jekk qed taġġorna minn sistemi Mandriva Linux 7.x, 8.x jew 9.x,
tinsiex tieħu backup tas-sistema.
* Aġġornamenti minn sistemi iżjed antiki (qabel 7.0) MHUX
sapportit. F'dak il-każ, trid tagħmel installazzjoni ġdida
mhux aġġornament.
============================================================================
Hawn taħt issib id-diversi modi kif tinstalla Mandriva Linux:
1. Ibbutja direttament mis-CD
2. Oħloq flopi għall-ibbutjar mill-Windows
3. Metodi oħra ta' installazzjoni
============================================================================
1. Ibbutja direttament mis-CD
Is-CDROM tal-installazzjoni kapaċi tibbutja. Ġeneralment, kemm
iddaħħal is-CD fid-drajv u irributja l-PC. Segwi l-istruzzjonijiet li
jidhru fuq l-iskrin: Agħfas [Enter] biex tibda' l-installazzjoni,
jew agħfas [F1] għal iżjed għajnuna.
NOTA:
Fuq xi laptops, is-sistema tista' ma tkunx kapaċi tibbutja minn fuq
is-CD. F'dak il-każ, trid toħloq flopi li jibbutja. Ara punt 2 għal
iżjed dettalji.
============================================================================
2. Oħloq flopi għall-ibbutjar mill-Windows
Jekk il-kompjuter ma' jistax jibbutja minn fuq is-CD, trid toħloq
flopi li jibbutja taħt il-Windows, kif ġej:
* Daħħal is-CDROM, u iftaħ l-ikona "My Computer", klikkja
bil-lemin fuq l-ikona tad-drajv CDROM, u agħżel "Open"
* idħol fid-direttorju "dosutils" u
klikkja doppju fuq l-ikona "rawwritewin"
* daħħal flopi vojt fid-drajv flopi
* agħżel "D:\images\cdrom.img" fl-element "Image
File" (jekk id-drajv CDROM huwa
"D:", altrimenti ibdel "D:" skond il-bżonn)
* agħżel "A:" fl-element "Floppy Drive" a mbgħad
klikkja fuq "Write".
Biex tibda l-installazzjoni:
* daħħal is-CDROM fid-drajv, kif ukoll il-flopi li tibbutja, u mbgħad
* irristartja l-kompjuter.
============================================================================
3. Metodi oħra ta' installazzjoni
Jekk għal xi raġuni l-metodi ta' qabel ma jaqdux il-ħtiġijiet tiegħek
(eż, trid tagħmel installazzjoni bin-netwerk, minn fuq apparat pcmcia
jew ...), trid ukoll toħloq flopi tal-ibbutjar:
* Taħt Linux (jew sistemi oħra UNIX moderni), ittajpja fil-prompt:
$ dd if=xxxxx.img of=/dev/fd0
* Taħt Windows, sewgi l-metodi deskritt taħt punt 2, fuq, imma
uża xxxxx.img (ara taħt) minflok cdrom.img.
* Taħt DOS, jekk is-CD huwa drajv D:, ittajpja:
D:\> dosutils\rawrite.exe -f install\images\xxxxx.img -d A
Din hija lista ta' "images" li jibbutjaw:
+-----------------+------------------------------------------------------+
| cdrom.img | installa mis-CD-ROM |
+-----------------+------------------------------------------------------+
| hd_grub.img | installa mill-ħard disk (minn sistema ta' fajls |
| | Linux, Windows jew ReiserFS) |
| | tista' tikkonfigurah għas-sistema tiegħek hawn: |
| |
http://qa.mandriva.com/hd_grub.cgi |
+-----------------+------------------------------------------------------+
| network.img | installa minn ftp/nfs/http |
| | NOTA: tkun trid iddaħħal network_drivers.img |
| | fid-drajv tal-flopi meta' tkun mitlub |
+-----------------+------------------------------------------------------+
| pcmcia.img | installa minn apparat pcmcia (twissija, ħafna mill- |
| | apparat tan-netwerk pcmcia issa huwa sapportiti |
| | direttament minn network.img) |
+-----------------+------------------------------------------------------+
Tista' wkoll taħraq boot.iso fuq CDROM u tibbutja minn fuqha. Tissapporti
l-metodi kollha tal-installazzjoni - cdrom, netwerk u ħard disk.
============================================================================
Tista' wkoll tagħmel installazzjoni testwali jekk, għal
kwalinkwa raġuni, issib problemi bl-installazzjoni impliċita
grafika. Biex tagħmel dan, agħfas [F1] fl-iskrin ta' merħba
Mandriva Linux, imbgħad ittajpja text fil-prompt.
Jekk għandek bżonn tirkupra sistema eżistenti ta' Mandriva Linux,
daħħal is-CDROM tal-installazzjoni (jew flopi li tibbutja), agħfas
[F1] fl-iskrin ta' merħba tal-Mandriva Linux, u ittajpja rescue
fil-prompt.
Ara
http://www.mandrivalinux.com/drakx/README
għal informazzjoni iżjed teknika.
============================================================================
Hawn taħt issib l-istadji prinċipali ta' installazzjoni:
1. Daħħal is-CDROM ta' installazzjoni (jew flopi li tibbutja jekk
hemm bżonn) u irristartja l-kompjuter.
2. Agħfas [Enter] meta jidher l-iskrin tal-merħba ta' Mandriva Linux,
u segwi l-istruzzjonijiet sew.
3. Meta l-installazzjoni tkun lesta, neħħi is-CDROM meta din tinħareġ
(u flopi jekk hemm waħda); il-kompjuter jirristartja. Jekk ma
jirristartjax, irristartjah manwalment.
4. Mandriva Linux jistartja. Wara li jibbutja, tista' tagħmel login fuq il-
kompjuter billi tuża l-kont li ħloqt waqt l-installazzjoni, jew bħala
"root".
Nota importanti:
Il-kont "root" jagħtik aċċess bla restrizzjonijiet
għas-sistema Linux tiegħek. Tużax dan il-kont ħlief biex tikkonfigura
jew tamministra l-Linux. Għall-użu ta' kuljum, uża kont tal-utenti normali
li tista' tikkonfigura bl-għodda "userdrake", jew bil-kmandijiet
"adduser" u "passwd".
Ħu gost b' Mandriva Linux
============================================================================
Għal iżjed sapport, ara dan li ġej:
* E-Support fuq
http://www.mandrivaexpert.com/
* Mandriva Linux Errata fuq
http://www.mandrivalinux.com/en/errata.php3
* Avviżi ta' sigurtà Mandriva Linux fuq
http://www.mandriva.com/security/advisories/
* Dokumentazzjoni online fuq
http://www.mandrivalinux.com/en/fdoc.php3
* Aqra u ssieħeb fid-diskussjonijiet online ta' Mandriva Club fuq
http://club.mandriva.com
* Abbona mal-listi postali fuq
http://www.mandrivalinux.com/en/flists.php3
* Arkivji tal-listi postali li tista' tfittex fihom fuq
http://marc.theaimsgroup.com/
* Fittex fuq l-internet permezz ta' Google għal-Linux
http://www.google.com/linux
* Fittex gruppi Usenet permezz ta' Google Groups fuq
http://groups.google.com/groups?group=comp
============================================================================